RisolviOnline huwa servizz offrut mill-Kamra tal-Medjazzjoni ta' Milan li jippermetti li argumenti kummerċjali jiġu solvuti b'mod sempliċi u ekonomiku sempliċiment billi wieħed jidħol fl-internet.
RisolviOnline jista' jintuża kemm minn konsumaturi/utenti individwali kif ukoll minn intrapriżi. Avukat jista' jibgħat applikazzjoni jew jieħu sehem fit-tentattiv ta' medjazzjoni, billi jaġixxi bħala rappreżentant ta' konsumatur jew intrapriża.
L-argumenti kollha ta' natura kummerċjali jistgħu jiġu sottomessi fuq RisolviOnline irrispettivament mill-valur finanzjarju tagħhom jew min-nazzjonalità ta' l-entitajiet involuti.
RisolviOnline jippermetti li jintlaħaq ftehim xieraq, bil-għajnuna ta' medjatur newtrali li jkun espert fil-ġestjoni tal-kunflitti f'ambjent informali u kunfidenzjali. It-tentattiv ta' medjazzjoni jsir billi tiġi diskussa l-problema dak il-ħin permezz ta' chat line jew permezz ta' forum ta' diskussjoni bl-użu ta' żona privata tas-sit ta' l-Internet aċċessibbli biss għall-partijiet, il-medjatur u l-Uffiċjal tal-Kamra ta' Medjazzjoni li jkun inkarigat mis-servizz.
Fiż-żona privata riżervata għalihom, il-partijiet ikunu jistgħu jikkomunikaw bl-assistenza tal-medjatur, jippreżentaw il-każijiet tagħhom b'mod sħiħ, jesprimu x-xewqat tagħhom u jevalwaw il-pożizzjonijiet reċiproki tagħhom sabiex isibu soluzzjoni xierqa għaż-żewġ partijiet billi jisimgħu lil xulxin.
Medjatur huwa l-persuna li jgħin lill-partijiet, b'imparzjalità u bi professjonaliżmu, sabiex jikkomunikaw b'mod effettiv u jsibu ftehim, mingħajr ma jimponi xi deċiżjoni. Il-medjatur huwa magħżul skond il-każ, minn RisolviOnline mil-lista ta' medjaturi tagħna skond il-kriterji ta' ħila, professjonaliżmu, indipendenza u imparzjalità.